current location : Lyricf.com
/
Songs
/
cardigan [Maltese translation]
cardigan [Maltese translation]
turnover time:2024-04-28 15:16:06
cardigan [Maltese translation]

Tixert retro, mobajl ġdid fjamant

Tkaken għolja fuq l-art iċċangata biċ-ċagħaq

Meta tkun żagħżugħa jaħsbu li ma tkun taf xejn

Tbissima tiddi, lipstik iswed, il-logħba tas-seduzzjoni

Meta tkun żagħżugħa jaħsbu li ma tkun taf xejn

Iżda lilek kont nafek

Tiżfen b'ġins Levi fuqek

Fis-sakra fid-dawl tal-lampa tat-triq

Kont nafek

Jiena tajtek kollox

Għażiż tiegħi, ħu ħsieb tiegħi aħjar

U meta kont inħossni qisni kardigan qadim

Taħt is-sodda ta' xi ħadd

Kont tilbisni u tgħid li jiena l-favorita tiegħek

Ma nistgħux inkunu ħbieb veri jekk ma jkollniex relazzjoni sinċiera

Ma tistax tħobb aktar minn tfajla waħda fl-istess ħin

Meta tkun żagħżugħa jaħsbu li ma tkun taf xejn

Iżda jiena kont nafek

Tmur tistaħba u

Titfaċċa fi tmiiem il-ġimgħa, jiena

Kont nafek

Qalbek tħabbat għalija

Darba kultant, jiena

U meta kont inħossni qisni kardigan qadim

Taħt is-sodda ta' xi ħadd

Kont tilbisni u tgħid li jiena l-favorita tiegħek

Noqogħdu nitbewsu fil-karozzi, fil-ħwienet tax-xorob fiċ-ċentru tal-belt

Kien kulma kelli bżonn

Jiena ninsab ħażin ħafna u inti kont timlini bil-ferħ

Iżda issa qiegħda nitlef ħafna demm

Għax jiena kont nafek

Meta inti tlaqtni għalkollox

U ħallejt marka fuqi qisha tiċpisa tad-demm, jiena

Kont nafek

Intii pprovajt tibdel it-tmiem tal-istorja

Taparsi kont inti li tlift lili

Jiena kont nafek

Inti abbandunajtni

Tiġri 'l hemm bħall-ilma ġieri, jiena

U meta tkun żagħżugħa jaħsbu li ma tkun taf xejn

Iżda naf li ma kontx se ninsik malajr, qisek kont xi tatwaġġ

Naf li kont se tibqa' tippersegwitali moħħi

Bħalma r-riħa tad-duħħan tibqa' tinxtamm għal tul ta' żmien

Għax kont naf kollox meta kont żagħżugħa

Jiena naf li kont se nisħtek għal ħafna żmien

Kont infittxek kullimkien

Kont naf li kif tiftakar f'dak il-pjaċir li kont tieħu

Kont se tiġi tistenna fid-dawl tal-portiku tiegħi

U jiena kont naf li inti se tiġi lura għandi

Inti se tiġi lura għandi

U inti kont se tiġi lura għandi

U inti kont se tiġi lura

U meta kont inħossni qisni kardigan qadim

Taħt is-sodda ta' xi ħadd

Kont tilbisni u tgħid li jiena l-favorita tiegħek

Comments
Welcome to Lyricf comments! Please keep conversations courteous and on-topic. To fosterproductive and respectful conversations, you may see comments from our Community Managers.
Sign up to post
Sort by
Show More Comments
Taylor Swift
  • country:United States
  • Languages:English
  • Genre:Country music, Electropop, Pop, Pop-Folk
  • Official site:http://www.taylorswift.com/
  • Wiki:http://en.wikipedia.org/wiki/Taylor_Swift
Taylor Swift
Latest update
Copyright 2023-2024 - www.lyricf.com All Rights Reserved